It-Tradizzjoni Orali

Proġett tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta' Malta

It-Tradizzjoni Orali

Dipartiment tal-Malti Logo.jpgDan huwa s-sit tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta dwar It-Tradizzjoni Orali. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiddokumenta u jistudja oqsma differenti tat-tradizzjoni orali f’Malta. Il-proġett qed jitmexxa minn letturi fid-Dipartiment tal-Malti megħjuna minn riċerkaturi stabbiliti u oħrajn li bdew jaħdmu f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin.

L-għan ewlieni tal-proġett hu li jiġbor u jiddokumenta l-għadd kbir ta’ studji li saru matul is-snin dwar it-tradizzjoni orali tal-gżejjer Maltin, ħalli

(a) ikollna stampa ċara tal-oqsma li ġew mistħarrġa u tal-oqsma li għadhom sajmin minn dokumentazzjoni u analiżi xierqa, u b’hekk

(b) inwittu t-triq għal fażi ġejjiena tal-proġett li tinkludi l-ġbir u l-istudju sistematiku tal-ħafna friegħi tat-tradizzjoni orali.

(Ħajr lil Therese Borg, segretarja tad-Dipartiment tal-Malti, għal uħud mir-ritratti f’dan is-sit.)